L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) tagħżel lil Zzzing bħala s-sieħeb primjum strateġiku

Twaqqif ta’ standards ġodda għas-suq tal-kirjiet qosra

 

Il-kumpanija Zzzing laħqet ftehim ta’ sħubija Platinum għal tliet snin mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin. Zzzing, kumpanija start-up fis-settur tal-immaniġġjar tal-proprjetà u l-ospitalità f’Malta li qed tikber b’rata mgħaġġla, qed tkompli miexja b’ħeffa ’l quddiem b’viżjoni ċara mfassla b’mod dettaljat għas-sena 2021. Din tinkludi kollaborazzjonijiet ma’ korpi involuti li jirrappreżentaw diversi industriji, flimkien ma’ kampanja mifruxa mal-pajjiż kollu, bil-għan li jintwera bis-sħiħ kif l-immaniġġjar tal-kirjiet qosra jista’ jwassal għal tibdil f’dan is-settur.

Din is-sħubija strateġika ma’ Zzzing se tgħin lill-industrija tifhem aħjar kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mill-PropTech. Il-PropTech qed tittrasforma l-proprjetà b’mod diġitali u tippermetti li wieħed jagħmel l-affarijiet aħjar, aktar malajr, b’mod aktar effiċjenti sabiex il-klijent jinqeda aħjar. Is-sidien se jkollhom aċċess għal pjattaforma innovattiva diġitali li tagħtihom stampa reali 24x7 tal-potenzjal u l-prestazzjoni tal-proprjetà tagħhom filwaqt li jkunu jistgħu jiffaċilitaw talbiet speċifiċi tal-klijenti tagħhom u l-immaniġġjar tal-proprjetà. Din hija l-ewwel inizjattiva tagħna permezz tal-PropTech u huwa tassew ta’ pjaċir għalina li naħdmu id f’id ma’ start-up lokali innovattiva bħal din.

Dr Marthese Portelli, Direttur Generali

Kważi tnax-il xahar mill-bidu tal-imxija pandemika Covid-19, in-nies qed jaħsbuha mitt darba qabel jivvjaġġaw. Filwaqt li s-suq tal-kirjiet qosra jista’ jkun negozju li jħalli l-qligħ, l-immaniġġjar ta’ dawn il-kirjiet l-aktar f’dan iż-żmien daqstant turbulenti, jitlob ħila kbira u wieħed ma jistax jissottovaluta l-ammont ta’ ħin u l-kompetenza meħtieġa biex jinstabu l-klijenti, ikunu immaniġġjati u megħjuna, u fl-istess waqt, ikun assigurat li qed jiġu segwiti kullimkien il-protokolli tat-tindif u l-iġjene maħruġa minn esperti ewlenin tas-saħħa u tal-ospitalità.

Il-ġabra tas-servizzi li toffri l-kumpanija Zzzing li tkopri l-ħtiġijiet kollha fir-rigward tal-kirjiet qosra, flimkien mal-mudell tas-sħubija ferm attraenti li għandna, ibbażat fuq kummissjoni ta’ 100%, jagħtu lis-sidien tal-proprjetà l-opportunità li jiksbu l-potenzjal massimu tal-investimenti tagħhom bla sforz ta’ xejn. B’hekk ħerqanin biex nippreżentaw dan kollu li qed noffru lill-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin u lis-sidien ta’ proprjetajiet li għandhom potenzjal fis-suq tal-kirjiet qosra.

Reno Scerri, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Zzzing

Is-settur tal-kiri għal żmien qasir, deskritt bħala l-akbar novità fl-industrija tal-ivvjaġġar, stagħna matul l-aħħar għaxar snin. Ibbażata fil-gżejjer Maltin, Zzzing għandha portafoll li qed jikber b’rata mgħaġġla, u jinkludi djar tal-vaganzi għall-kiri, appartamenti u postijiet oħra uniċi fejn wieħed jista’ joqgħod, li se jgħinu biex l-irkupru fis-settur turistiku f’Malta jaċċellera filwaqt li jagħti lis-sidien tal-proprjetà għal kirjiet qosra, l-opportunità li jattiraw dħul stabbli, grazzi għall-kompetenza tagħhom fil-kalkolu tal-prezzijiet b’mod dinamiku, il-kummerċjalizzazzjoni, it-teknoloġija u l-ospitalità.

Il-futur tal-ivvjaġġar se jkompli jiġi stimulat mit-teknoloġija, u hu għalhekk li aħna entużjasti biex nattrezzaw lill-membri tal-AŻM (MDA) bl-għarfien u l-kompetenza meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jifhmu l-potenzjal veru tal-proprjetajiet u l-artijiet mibnija tagħhom bħala parti mill-arena tat-turiżmu. Il-paġna Property Owner Dashboard state-of-the-art tagħna, tagħti lis-sidien tal-proprjetà stampa reali 24x7 tal-potenzjal u l-prestazzjoni tal-proprjetà tagħhom filwaqt li l-Guest Concierge App timla l-vojt bejn il-privatezza fil-kumdità ta’ kirja qasira u s-servizzi ispirati minn lukandi ta’ ħames stilel. Aħna ottimisti li mill-aktar fis possibbli nibdew sessjonijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjonijiet individwali mal-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, u nagħmlu l-parti tagħna sabiex ngħinu ’l-industrija tat-turiżmu f’Malta tiffjorixxi.

Reno Scerri, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Zzzing

Ara Zzzing x’tista’ toffrilek fuq www.zzzing.com, jew kellimna: